Messaġġ ta’ awgurju għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena lill-Maltin li jgħixu barra minn Malta mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, l-Onor. Ian Borġ (2022-2023)

Għeżież, Dan huwa l-ewwel messaġġ tiegħi lilkom bħala Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ. Wasalna lejn tmiem ta’ sena oħra, sena li magħha ġabet sfidi kbar kemm għalina bħala Maltin kif ukoll għall-umanità kollha madwar id-dinja. L-isfidi kienu diversi, speċjalment bħala sfidi b’effett ta’ dak li qed jiġri madwarna. Iżda pajjizna, bħal oħrajn, […]

Continue reading

Messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela lill-komunitajiet Maltin barra minn Malta (2022-2023)

Għeżież Maltin li tgħixu f’artijiet viċin il-pajjiż li tant tħobbu u oħrajn f’artijiet iżjed mbiegħda.  Din is-sena kienet waħda dinamika li ratna nirritornaw għan-normalità ta’ wara l-pandemija u kienet waħda mimlija avvenimenti u ġrajjiet. L-2022 kienet ukoll sena impenjattiva għall-Gvern ta’ Malta. Komplejna fuq il-programm ta’ riformi tagħna fejn fost l-oħrajn introduċejna emendi fil-liġi tal-IVF […]

Continue reading

Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Eċċellenza Tiegħu George Vella għall-Maltin li jgħixu barra (2022-2023)

Għeżież Maltin u Għawdxin li tgħixu barra minn xtutna, insellmilkom,  Nilqa’ bi pjaċir kbir din l-okkażjoni ta’ kull sena biex inwasslilkom l-isbaħ xewqat f’dawn il-ġranet tal-Milied, kif ukoll biex nirriflettu ftit fuq is-sinifikat u l-valur tagħhom. Nemmen bis-sħiħ li minkejja d-distanza ġeografika li tbegħedkom minn Malta u Għawdex, xorta għadkom tħossukom qrib ħafna tat-tradizzjonijiet li […]

Continue reading

Virtual Youth Forum 17.9.22: Testimonjanzi

Il-Forum Virtwali taż-Żgħażagħ kien avveniment onlajn li ttella’ nhar is-17 ta’ Settembru 2022 bit-tema: “Irrid inżomm kuntatt: l-Ilsien Malti, il-Kultura u l-Identità”. Kien l-ewwel forum virtwali tax-xorta tiegħu u l-għan prinċipali tiegħu kien li jlaqqa’ żgħażagħ Maltin mid-dinja kollha, kemm jekk huma dixxendenti ta’ Maltin li jgħixu barra minn Malta li forsi qatt ma żaru […]

Continue reading

L-erbatax-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.

Il-Laqgħa tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta 2022 ittellgħet ġewwa Palazzo Parisio, Sala Borġ Olivier nhar is-27 u t-28 ta’ Ottubru 2022 b’rappreżentanti tal-komunita’ Maltija mill-erbat irjieħ tad-dinja. Inkludiet ukoll l-parteċipazzjoni ta’ diversi impjegati tal-Ministeru li ħadu sehem bħala rapporteurs, osservaturi kif ukoll fil-loġistika tal-avveniment.

Continue reading

L-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ Maltin li Jgħixu barra minn Malta

Fis-17 ta’ Settembru 2022, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ tella’ l-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ Maltin li Jgħixu Barra minn Malta bit-tema: ‘Irrid nagħmel Kuntatt: l-Ilsien Malti, il-Kultura u l-Identità.’ Dan l-avveniment kien parti mill-iStrateġija tal-Politika Barranija Maltija maħsub sabiex isaħħaħ il-viżjoni ta’ Malta Globali fost Żgħażagħ Maltin li jgħixu […]

Continue reading