Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Onor. Ian Borg għall-Maltin li jgħixu barra

Din l-aħħar sena kienet waħda ttimbrata minn numru ta’ sfidi globali kbar  u kumplessi. B’hekk irridu nirrikonoxxu li fi żminijiet bħal dawn, huwa importanti li l-komunità globali tingħaqad wara messaġġ ewlieni ta’ favur il-paċi, s-sigurtà u s-solidarjetà internazzjonali. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kunflitt li għaddej bejn l-Iżrael u l-grupp tal-Ħamas biddlu x-xenarju […]

Continue reading

Messaġġ ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Prim Ministru Robert Abela għall-Maltin li jgħixu barra – Diċembru 2023

Hekk kif qed ningħaqdu flimken għal dan iż-żmien sabiħ tas-sena, Lydia, Giorgia-Mae u jien nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Maltin li jinsabu barra minn xtutna. F’din l-okkażjoni, ningħaqdu flimkien fl-ispirtu tal-Milied, u minkejja l-fruntieri li hemm bejnietna ningħaqdu xorta waħda bħala poplu wieħed. Pajjiż li jestendi ferm lil hinn minn xtutu, fl-identità ta’ dawk kollha li […]

Continue reading

Nitgħallmu l-Malti għal studenti migranti

Id-Dipartiment għall-Malti żviluppa riżorsa ġdida li ġiet miżjuda mal-ħafna riżorsi oħra fuq www.malti.skola.edu.mt Dan jikkumplimenta r-riżorsi tal-Malti għal studenti migranti. Din ir-riżorsa tista’ tintuża minn studenti bi ftit gwida mill-għalliem u tista’ tipprovdihom b’opportunitajiet għal aktar prattika meta jkunu d-dar. L-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw vokabularju u frażijiet komuni meħtieġa għall-komunikazzjoni bażika bħal vokabularju relatat ma’ l-ikel, […]

Continue reading