Kburi bil-lingwa tagħna: Nitgħallmu l-Malti

L-ilsien Malti huwa pedament integrali tal-wirt kulturali għani u l-identità nazzjonali ta’ Malta. Bħala l-unika lingwa Semitika miktuba b’alfabett Latin, l-ilsien Malta jiġbor fih b’mod uniku l-istorja diversa u l-ispirtu reżiljenti tal-gżira tagħna. Iż-żamma tal-lingwa Maltija ħajja hija essenzjali mhux biss għall-preservazzjoni ta’ din l-identità distintiva, iżda wkoll għal preservazzjoni ta’ qrubija bejn il-komunitajiet Maltin madwar id-dinja u Malta. Għal dawk li jgħixu barra minn Malta, il-lingwa taġixxi bħala rabta qawwija mal-għeruq, it-tradizzjonijiet, u art twelidhom, u trawwem sens ta’ appartenenza u kontinwita’ fost il-ġenerazzjonijiet. Billi nrawmu u nippromwovu l-Malti, kemm f’darna kif ukoll barra, nassiguraw li dan it-teżor kulturali jkompli jirnexxi u jgħaqqad lill-poplu Malti hu fejn hu madwar id-dinja.


  • Malti Bħala Lingwa Barranija – MQF Level 1 u 2

    Id-Direttorat għal Lifelong Learning, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, għandhom pjaċir li jistiednu persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta biex jipparteċipaw f’korsijiet fi: Dawk li diġa ’huma midħla tal-lingwa huma mħeġġa wkoll…

    Aqra Aktar


  • Libreriji Maltin Barra minn Malta 

    L-inizjattiva Libreriji Maltin Barra minn Malta saret bl-għan li twassal il-letteratura Maltija eqreb lejn id-dijaspora Maltija. Dan kollu ġie mniedi f’Marzu 2025 b’kollaborazzjoni ma’ Ċentru tal-Ilsien Malti u mmexxi mid-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra, fi ħdan l-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.  S’issa, aktar minn 850 ktieb ġew mqassmin f’10…

    Aqra Aktar


  • Kors tal-Malti bħala Lingwa Barranija – MQF livell 1

    Bi pjaċir inħabbru t-tnedija tal-korsijiet online tas-sajf tal-Malti bħala lingwa barranija, imfassla speċifikament għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta bl’ebda għarfien jew għarfien limitat tal-lingwa. Dawn il-korsijiet jippreżentaw opportunita’ siewja biex tkabbar il-fehma tiegħek tal-lingwa Maltija u tkabbar il-ħila tiegħek li tinvolvi ruħek magħha b’mod effettiv. Dawk interessati għandhom japplikaw hawnhekk: Maltese as a Foreign…

    Aqra Aktar


  • Language classes in the Maltese Community Council of Victoria, Australia

    https://mccv.org.au/services/language/

    Aqra Aktar


  • Nitgħallmu l-Malti għal studenti migranti

    Id-Dipartiment għall-Malti żviluppa riżorsa ġdida li ġiet miżjuda mal-ħafna riżorsi oħra fuq www.malti.skola.edu.mt Dan jikkumplimenta r-riżorsi tal-Malti għal studenti migranti. Din ir-riżorsa tista’ tintuża minn studenti bi ftit gwida mill-għalliem u tista’ tipprovdihom b’opportunitajiet għal aktar prattika meta jkunu d-dar. L-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw vokabularju u frażijiet komuni meħtieġa għall-komunikazzjoni bażika bħal vokabularju relatat ma’ l-ikel,…

    Aqra Aktar