Dokumentarji u Arkivji

Fuljett tal-Awtorita tat-Turiżmu

Bħala Malti li tgħix barra minn Malta ieqaf ftit minuti biex tapprezza il-wirt storiku u l-kultura li jista’ joffri pajjiż missierijitek. Malta u Għawdex huma arċipelagu mgħoni bit-tieni l-ogħla konċentrazzjoni ta’ siti storiċi fid-dinja. L-arċipelagu hu mżejjen b’numru kbir ta’ knejjes, palazzi u mużewijiet, kif ukoll bl-eqdem binja strutturali fid-dinja: it-Tempji Megalitiċi. Dan kollu hu msawwar fi sfond ta’ sema u baħar blu kif ukoll pajsaġġi bl-għoljiet li flimkien mal-festi lokali u attivitajiet kontinwi lejl u nhar, jiggarantixxu ġranet mill-isbaħ.

Fuljett bil-kortesija tal-Awtorita tat-Turiżmu


Fondazzjoni Patrimonju Malti logo

Fondazzjoni Patrimonju Malti

Fondazzjoni Patrimonju Malta hija għaqda non-governattiva li taħdem sabiex tkabbar il-kuxjenza fuq il-wirt lokali u internazzjonali ta’ Malta, permezz ta’ mużewijiet, wirjiet u publikazzjonijiet. Il-missjoni tagħha hija li tiġbor u twassal kemm jista’ jkun ’il bogħod informazzjoni, tassisti f’riċerka, tipproduċi pubblikazzjonijiet, katalgi, kotba, dokumenti u materjal ieħor li jirrifletti l-istess għan. Tippubblika wkoll ir-rivista Treasures of Malta li toħroġ tliet darbiet f’sena.

Treasures from Malta hija serje ġdida ta’ podcasts ippreżentata minn Francesca Balzan, storiku tal-arti u artista b’konnessjoni twila ma’ FPM. Tinkludi diversi intervisti individwali. Tistgħu ssegwu l-intervisti ma’ diversi personalitajiet Maltin billi tagħfsu hawnhekk: https://www.patrimonju.org/fpm-podcasts

Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti nediet spazju diġitali ddedikat għall-wirja permanenti dwar ix-xogħlijiet ta’ Victor Pasmore. Is-sit elettroniku ta’ Victor Pasmore jikkonsisti f’wirja tal-proġetti passati, joffri esperjenza onlajn għall-kollezzjoni permanenti tagħna u jaqsam magħna aktar informazzjoni dwar Pasmore u l-kontemporanji tiegħu Maltin. L-ispazju diġitali l-ġdid jista’ jiġi aċċessat minn fuq https://victorpasmoregallery.com/


Mużew Malti fl-Awstralja jżomm ħaj il-wirt

Kont taf li hemm mużew iddedikat għall-kultura, il-wirt u t-tradizzjonijiet Maltin f’Morwell, Latrobe Valley fl-Awstralja?

Dan huwa l-ewwel u l-uniku mużew tal-Awstralja ddedikat għall-affarijiet kollha Maltin, u l-għan primarju tiegħu huwa li jżomm il-Maltin ta’ l-Awstraljai konnessi ma’ pajjiżhom.

Il-Mużew tal-Maltin fl- Latrobe Valley twaqqaf minn Mario Sammut fl-2018.

https://newsbook.com.mt/en/maltese-museum-in-australia-keeps-heritage-alive/


Heritage Malta logo

Heritage Malta

Heritage Malta (https://heritagemalta.mt/) tmexxi aktar minn 90 mużew, postijiet prominenti, monumenti nazzjonali u siti taħt il-baħar li jinkludu għerien pre-istoriċi, passaġġi taħt l-art, ġeoloġija, etnografija, seba’ siti ta’ Wirt Dinji Kulturali u wirt industrijali.

Hija aġenzija nazzjonali kommessa li ġġib il-kultura eqreb lejn in-nies billi tiffaċilita l-interpretazzjoni, l-aċċessibilità, kemm fiżika kif ukoll intellettwali, u tieħu ħsieb mużewijiet varji u ddawwarhom ġo spazju għall-iskambju tal-ideat u għarfien. Għandha tim professjonali ta’ kuraturi, arkeologi, periti, esperti diġitali u xjentifiċi, konservazzjonisti u restawraturi rispettati bil-kbir fil-qasam tagħhom.

Treasure to meet you hija serje ġdida ta’ videos qosra li matulha diversi kuraturi, storiċi u personalitajiet b’esperjenza diretta tal-wirt Malti li jinstab f’diversi siti u mużewijiet jesprimu ruħhom dwar x’jaħsbu dwar oġġetti, artefatti fil-kollezzjonijiet tagħhom, strutturi ta’ interess partikulari u ferm aktar. Din is-serje ta’ videos fuq Youtube tista’ tiġi aċċessata fuq: https://www.youtube.com/@HeritageMalta


Episodju mill-Programm ta’ ‘Ħajjitna Ktieb’ li matulu John Demanuele jintervista lil Michael Refalo dwar il-Maltin fl-Eġittu

https://youtu.be/tsx9eB5KU94


Dwejra, GOZO

https://www.youtube.com/watch?v=ArJOWrwwz98


L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta hija l-entità governattiva li tippreserva u żżomm numru sinifikanti ta’ rekords dwar l-istorja ta’ Malta u tipprovdi aċċess għall-użu ta’ riċerka. L-Arkivji Nazzjonali għandhom waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta’ arkivji f’Malta li jmorru lura mis-sena 1530 sal-ġurnata tal-lum. L-Arkivji Nazzjonali huma iktar minn rekords tal-gvern. Ħafna kollezzjonijiet privati ​​huma depożitati u mogħtija minn individwi. Dawn il-kollezzjonijiet iżidu l-kuntest, il-fond, il-varjetà, kif ukoll perspettiva differenti dwar l-istorja, mal-materjal li diġà jinsab fir-repożitorju. Żurna fuq https://nationalarchives.gov.mt/en/Pages/default.aspx


MEMORJA

MEMORJA huwa l-arkivju orali u viżiv tal-Arkivji Nazzjonali ta ’Malta intenzjonat sabiex jsir id-depożitant ewlieni tal-memorja nazzjonali u pubblika tal-Gżejjer Maltin. Permez ta’ riċerka avvanzata, metodoloġiji, approċċi teoretiċi u arkivjali, MEMORJA jiġbor, jirrekordja, jittraskrivi u jippreserva memorji komunitarji / komuni u individwali, storja / tradizzjonijiet orali, għarfien u esperjenzi kif ukoll jagħmilhom disponibbli għal skopijiet ta’ riċerka, interpretazzjoni u edukazzjoni. Il-pjattaforma diġitali tal-proġett qed tiġi żviluppata: https://www.memorja.com/


Applikazzjonijiet tal-passaport Malti fuq Archives Portal Europe

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta tellgħu għażla ta’ applikazzjonijiet għall-passaporti mill-istivi li jkopru l-perjodu 1870 – 1938, fuq Archives Portal Europe. Dawn l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċessati fuq https://www.archivesportaleurope.net/home Biex tfittex applikazzjoni ta’ passaport partikolari, jekk jogħġbok mur fit-tab FITTEX fin-naħa ta’ fuq u daħħal il-kunjom u / jew l-isem tal-persuna fil-kaxxa tat-tfittxija fuq il-lemin. Imbagħad, immarka ‘Malta’ mil-lista ta ’pajjiżi / arkivji fuq ix-xellug sabiex il-magna tat-tiftix tnaqqas ir-riżultati għar-rekords tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta.