Objettivi tat-Taqsima għall-Maltin li Jgħixu Barra

Objettivi

It-Taqsima għall-Maltin li Jgħixu Barra fi ħdan il-Minsteru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tfittex li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet u l-interessi tal-Maltin li jgħixu barra.  Dan għandu l-għan li:

  • Tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu barra filwaqt li żżid l-interess fil-kultura u l-identità Maltija
  • Isservi bħala l-punt ta’ referenza għal informazzjoni, pariri u koordinament għall-Maltin li jgħixu barra 
  • Isservi bħala l-punt ta’ referenza għal informazzjoni, pariri u koordinament għall-assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonjiet mhux governattiva li jirrapreżentaw il-Maltin ta’ barra
  • Tassigura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra kif regolat mill-Kapitolu 515 tal-liġijiet ta’ Malta
  • Iżomm rabtiet ta komunikazzjoni qawwija mal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra
  • Iżomm rekords aġġornati tar-Reġistru tal-Maltin li jgħixu barra mill-pajjiż li jinkludi l-formoli tan-Notifika D, V, u O
  • Toħloq mezzi effettivi ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni bejn Malta u ċ-ċittadini tagħha li jgħixu barra
  • Ittejjeb l-impenn tagħha permezz tal-programm Consul-on-the-Move