Virtual Youth Forum 17.9.22: Testimonjanzi

Il-Forum Virtwali taż-Żgħażagħ kien avveniment onlajn li ttella’ nhar is-17 ta’ Settembru 2022 bit-tema: “Irrid inżomm kuntatt: l-Ilsien Malti, il-Kultura u l-Identità”. Kien l-ewwel forum virtwali tax-xorta tiegħu u l-għan prinċipali tiegħu kien li jlaqqa’ żgħażagħ Maltin mid-dinja kollha, kemm jekk huma dixxendenti ta’ Maltin li jgħixu barra minn Malta li forsi qatt ma żaru ’l gżejjer Maltin jew żgħażagħ li twieldu Malta imma li bħalissa qed jgħixu barra minn xtutna.

In-numru ta’ parteċipanti fil-Forum kien inkoraġġanti u l-esperjenza waħda pożittiva. Il-Forum ser ikun il-bażi għal kwalunkwe azzjoni futura li tista’ tittieħed mill-Ministeru speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu ż-żgħażagħ. Sibu hawn taħt dak li qalu żewġ żgħażagħ, Jordan De Bono (mill-Ġappun) u Michaela Battaglia (mill-Istati Uniti) dwar l-esperjenza tagħhom waqt dan l-avveniment.

Testimonjanzi

Jordan De Bono​

Michaela Battaglia

Stqarrija għall-istampa

L-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ Maltin li Jgħixu barra minn Malta​

Posted in Posts - What's On.