Consul-on-the-Move

Il-Programm tal-Consul-on-the-Move tnieda fil-5 ta’ Mejju 2016, bi qbil mal-Uffiċċju tal-Passaporti fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta, u huwa konformi mal-viżjoni tal-Gvern sabiex is-servizzi tiegħu ikunu eqreb lejn iċ-ċittadini. Il-Programm jipprovdi numru ta’ servizzi Konsulari (li huma normalment disponibbli fl-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin) f’lokalitajiet differenti.

Il-bżonn ta’ dan il-Programm inħass wara l-introduzzjoni tal-passaport bijometriku, li wassal sabiex l-applikanti Maltin li jgħixu barra jkollhom imorru fiżikamenti fl-eqreb Ambaxxata jew Konsulat sabiex titteħdilhom l-informazzjoni bijometrika. Dan ħoloq inkonvenjenza, speċjalment għal raġuni ta’ żieda fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkommodazzjoni.

Preżentement il-Programm qed jitħaddem fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, ir-Renju Unit, u New Zealand. Sadanittant is-servizzi Konsulari kollha mogħtija mill-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin se jibqgħu jingħataw bħas-soltu.

Għal ċerti servizzi provduti, l-applikant irid iħallas tariffa amministrattiva addizzjonali.

Skont l-Avviż Legali 221 tal-2016, it-tariffa amministrattiva għal applikazzjonijiet għal passaporti hija ta’ €100 għal kull applikazzjoni, filwaqt li dik għal applikazzjonijiet għal ċittadinanza hija ta’ €50 għal kull applikazzjoni, minbarra l-ispejjeż relatati mas-servizz innifsu.

Li ġejja hija l-lista aġġornata proviżorja ta’ żjarat ippjanati għas-sena 2024:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’Washington – Stati Uniti tal-Amerika

Belt/Stat/ProvinċjaDatiPost
San FranciscoApril 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
MichiganSettembru 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar

Il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Toronto – Kanada

Belt/Stat/ProvinċjaDatiPost
British Columbia (Vancouver, Powell River)Marzu 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
Ontario (Windsor)Ġunju 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
Alberta (Calgary u Edmonton)Ottubru 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar

Kummissjoni Għolja għar-Repubblika ta’ Malta f’Londra – Renju Unit

Belt/Stat/ProvinċjaDatiPost
CardiffFrar/Marzu 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
EdinburghMejju/Ġunju 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
BirminghamAwwissu/Settembru 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
LiverpoolNovembru/Diċembru 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar

Kummissjoni Għolja għar-Repubblika ta’ Malta f’Canberra –  Awstralja

Belt/Stat/ProvinċjaDatiPost
Wellington (New Zealand)5 April 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
Brisbane15 – 17 April 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
Gold Coast19 April 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
Adelaide23 Lulju 2024Maltese Guild of SA, 6 Jeanes St, Beverley SA 5009
Perth25 – 27 Lulju 2024Maltese Association in WA
Brisbane11 – 13 Ottubru 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar
Mackay15 Novembru 2024Il-post għad irid jiġi mħabbar

Iċ-ċittadin jista’ jibbenifika minn dan is-servizz permezz ta’ appuntament ikkonfermat biss.Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja l-post rispettiv kif ġej:

Post Posta elettronikaTelefon
L-Awstralja / New Zealandconsul.canberra@gov.mt+61 (02) 6290 1724
Il-Kanadaconsul.toronto@gov.mt+1 (416) 207 0922 /0989
L-Istati Uniti tal-Amerikaconsul.washington@gov.mt+1 (202) 530 9750 /9751 /9752
Ir-Renju Unitconsul.london@gov.mt+44 (0) 207 292 4800

Huwa rakkomandat li eqreb lejn id-data taż-żjara, wieħed jikkonsulta mal-Ambaxxata jew Konsulat relevanti li qed t/jikkordina ż-żjarat sabiex jassigura li ma kienx hemm tibdil fid-dati u l-post.