Libreriji Maltin Barra minn Malta 

L-inizjattiva Libreriji Maltin Barra minn Malta saret bl-għan li twassal il-letteratura Maltija eqreb lejn id-dijaspora Maltija. Dan kollu ġie mniedi f’Marzu 2025 b’kollaborazzjoni ma’ Ċentru tal-Ilsien Malti u mmexxi mid-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra, fi ħdan l-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu. 

S’issa, aktar minn 850 ktieb ġew mqassmin f’10 missjonijiet diplomatiċi Maltin madwar id-dinja sabiex jinħolqu libreriji fejn min hu interessat jista’ jaqra bil-Malti, jitgħallem l-lingwa Maltija u jiskopri l-istorja u l-kultura ta’ Malta.  

Il-kotba f’dawn il-libreriji ingħataw b’mod ġeneruż mill-Libreriji Maltin, ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, l-awtur ta’ Maltese for Foreigners Dr. Charles Daniel Saliba u l-awtur ta’ Karamellu tar-Raħal t’Isfel Charles Buttigieg.  

Din t’hawn taħt hija lista ta’ fejn wieħed jista’ jsib dawn il-libreriji jekk jixtieq jżur u jagħmel użu minnhom: 

L-Awstralja 

  • Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Canberra 
  • Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Melbourne 
  • Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Sydney 

Il-Belġju 

  • Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell 

Il-Kanada 

  • Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Ottawa 
  • Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Toronto 

L-Italja 

  • L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma 

Ir-Renju unit 

  • Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra 

L-Istati Uniti 

  • Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’New York 
  • Ambaxxata ta’ Malta f’Washington, D.C. 

Il-Kotba fi ħdan il-missjonijiet diplomatiċi Maltin jistaw jiġu mislufa minn min jixtieq jaqra u jagħmel użu minnhom barra mill-missjoni, dejjem skont id-diskrezzjoni tal-missjoni.  

Posted in Posts - Maltese Courses.