Kors tal-Malti bħala Lingwa Barranija – MQF livell 1

Bi pjaċir inħabbru t-tnedija tal-korsijiet online tas-sajf tal-Malti bħala lingwa barranija, imfassla speċifikament għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta bl’ebda għarfien jew għarfien limitat tal-lingwa. Dawn il-korsijiet jippreżentaw opportunita’ siewja biex tkabbar il-fehma tiegħek tal-lingwa Maltija u tkabbar il-ħila tiegħek li tinvolvi ruħek magħha b’mod effettiv.

Dawk interessati għandhom japplikaw hawnhekk: Maltese as a Foreign Language courses for Maltese living abroad.

L’applikanti qed jiġu offruti għażla ta’ żewġ korsijiet interattivi online:

Kors filgħaxija:

Ħin: It-Tnejn u t-Tlieta 16:00–19:00 Ħin Ċentrali Ewropew (CET)

Tul: Mit-2 ta’ Ġunju sal-9 ta’ Settembru 2025

Post: Online (MsTeams)

Kors filgħodu:

Ħin: It-Tlieta u l-Ġimgħa 07:00–10:00 Ħin Ċentrali Ewropew (CET)

Tul: Mit-3 ta’ Ġunju sal-12 ta’ Settembru 2025

Post: Online (MsTeams)

Għarfien

L-istudenti se:

  • Jifhmu l-bażi tal-grammatika u l-istruttura tas-sentenzi bil-Malti
  • Jiksbu vokabularju elementari u espressjonijiet komuni.
  • Jagħrfu referenzi kulturali bażiċi relatati mas-soċjetà Maltija.
  • Jaqraw u jifhmu testi sempliċi bħal struzzjonijiet, direzzjonijiet u sinjali.
  • Jifhmu l-qofol ta’ Malti mitkellem b’mod ċar u bil-mod (eż. f’aħbarijiet jew djalogi qosra)

Ħiliet (x’għandhom ikunu kapaċi jagħmlu l-istudenti)

L-istudenti jkunu jistgħu:

  • Jaqraw testi u sentenzi qosra u sempliċi bil-Malti.
  • Isegwu u jipparteċipaw f’konversazzjonijiet bażiċi fuq suġġetti familjari.
  • Jiktbu informazzjoni personali qasira (eż. formoli, kartolini).
  • Jibnu sentenzi sempliċi grammatikalment korretti.
  • Jinterpretaw u jirrispondu għal sinjali, avviżi u ordnijiet mitkellma.
  • Jikkumunikaw b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet prevedibbli billi jużaw strutturi mgħallma.

Kompetenzi (applikazzjoni u awtonomija/responsabbiltà)

L-istudenti jkunu jistgħu:

  • Jikkumunikaw b’mod sempliċi u dirett fuq affarijiet familjari u ta’ rutina.
  • Jużaw il-lingwa b’mod indipendenti biex iwettqu kompiti bażiċi f’kuntesti soċjali, pubbliċi jew tax-xogħol.
  • Jisimgħu, jitkellmu, jaqraw u jiktbu f’livell elementari b’kunfidenza dejjem tikber.
  • Jiggvernaw it-tagħlim tagħhom stess u jimxu ’l quddiem fl-iżvilupp tal-lingwa.

Eliġibilita’

  • Dawk interessati li japplikaw irid ikollhom dokument ta’ identifikazzjoni Malti validu (eż. Passaport) biex ikunu jistgħu jaċċessaw il-kors.
  • Fejn applikabbli, dokumenti għandhom jiġu sottomessi lill-[email protected] għal skopijiet ta’ verifika ladarba tiġi sottomessa l-applikazzjoni.

Ħlas

  • Ladarba tasal l-applikazzjoni, ħolqa għall-ħlas tintbagħat permezz tal-email u l-ħlas għandu jsir fi żmien 24 siegħa minn meta tasal.
  • Il-ħlas għall-korsijiet tal-Malti bħala lingwa barranija (MQF Level 1) huwa ta’ €34.94.
  • L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar l-erbgħa 28 ta’ Mejju 2025.

Posted in Posts - Maltese Courses.