L-inizjattiva Libreriji Maltin Barra minn Malta saret bl-għan li twassal il-letteratura Maltija eqreb lejn id-dijaspora Maltija. Dan kollu ġie mniedi f’Marzu 2025 b’kollaborazzjoni ma’ Ċentru tal-Ilsien Malti u mmexxi mid-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra, fi ħdan l-Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.
S’issa, aktar minn 850 ktieb ġew mqassmin f’10 missjonijiet diplomatiċi Maltin madwar id-dinja sabiex jinħolqu libreriji fejn min hu interessat jista’ jaqra bil-Malti, jitgħallem l-lingwa Maltija u jiskopri l-istorja u l-kultura ta’ Malta.
Il-kotba f’dawn il-libreriji ingħataw b’mod ġeneruż mill-Libreriji Maltin, ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, l-awtur ta’ Maltese for Foreigners Dr. Charles Daniel Saliba u l-awtur ta’ Karamellu tar-Raħal t’Isfel Charles Buttigieg.
Din t’hawn taħt hija lista ta’ fejn wieħed jista’ jsib dawn il-libreriji jekk jixtieq jżur u jagħmel użu minnhom:
L-Awstralja
- Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Canberra
- Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Melbourne
- Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Sydney
Il-Belġju
- Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell
Il-Kanada
- Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Ottawa
- Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Toronto
L-Italja
- L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma
Ir-Renju unit
- Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra
L-Istati Uniti
- Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’New York
- Ambaxxata ta’ Malta f’Washington, D.C.
Il-Kotba fi ħdan il-missjonijiet diplomatiċi Maltin jistaw jiġu mislufa minn min jixtieq jaqra u jagħmel użu minnhom barra mill-missjoni, dejjem skont id-diskrezzjoni tal-missjoni.