Is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra

Il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra ltaqa’ għal-Laqgħa Annwali bejn it-8 u d-9 ta’ Ottubru 2025 fl’Hilton Hotel, San Ġiljan. Kompost minn 21-il membru, inkluż rappreżentanti mill-Awstralja, l-Istati Uniti, l-Kanada, l-Unjoni Ewropea, l-Emirati Għarab Magħquda, ċ-Ċina, t-Tuneżija u r-Renju Unit, il-Kunsill iltaqa’ Malta sabiex jiddiskuti l-ħidma tiegħu, jindirizza kwistjonijiet affaċċjati minn komunitajiet Maltin barra minn Malta, jaqsam ideat u proposti, u jfassal pjan strateġiku għall-futur tal-Kunsill.

Il-laqgħa ġiet ippreseduta mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, u ċ-Chairperson tal-Kunsill Hon. Ian Borg, li waqt id-diskors tiegħu ħabbar lis-skema ġdida ta’ Btala tax-Xogħol għaż-żgħażagħ b’dixxendenza Maltija, li ser tiġi fi seħħ f’Jannar ta’ 2026. Hon. Ian Borg ukoll ippreżenta ittra ta’ apprezzament lis-segretarju tal-Kunsill, is-Sur Joseph Xerri li ser ikun qed jirtira wara snin twal ta’ servizz eċċellenti.

Il-laqgħa ukoll inkludiet żjara ta’ korteżija mal-E.T. l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono dwar ix-xogħol tal-kunsill u l-isfidi tad-dijaspora Maltija. Il-kunsill ukoll ippreżenta donazzjoni lill-E.T. għal Community Chest Fund

Fost suġġetti ewlenin li ġew diskussi waqt il-laqgħa kien hemm sfidi li jaffaċjaw id-dijaspora, il-promossjoni tat-Turiżmu lejn Malta, l-identia’ Maltija fost l-kommunitajiet barra minn Malta, kif ukoll tħejja roadmap lejn strateġija tal-kunsill.

Posted in Posts - What's On.