Bi pjaċir inħabbru t-tnedija tal-korsijiet online tas-sajf tal-Malti bħala lingwa barranija, imfassla speċifikament għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta bl’ebda għarfien jew għarfien limitat tal-lingwa. Dawn il-korsijiet jippreżentaw opportunita’ siewja biex tkabbar il-fehma tiegħek tal-lingwa Maltija u tkabbar il-ħila tiegħek li tinvolvi ruħek magħha b’mod effettiv.
Dawk interessati għandhom japplikaw hawnhekk: Maltese as a Foreign Language courses for Maltese living abroad.
L’applikanti qed jiġu offruti għażla ta’ żewġ korsijiet interattivi online:
Kors filgħaxija:
Ħin: It-Tnejn u t-Tlieta 16:00–19:00 Ħin Ċentrali Ewropew (CET)
Tul: Mit-2 ta’ Ġunju sal-9 ta’ Settembru 2025
Post: Online (MsTeams)
Kors filgħodu:
Ħin: It-Tlieta u l-Ġimgħa 07:00–10:00 Ħin Ċentrali Ewropew (CET)
Tul: Mit-3 ta’ Ġunju sal-12 ta’ Settembru 2025
Post: Online (MsTeams)
Għarfien
L-istudenti se:
- Jifhmu l-bażi tal-grammatika u l-istruttura tas-sentenzi bil-Malti
- Jiksbu vokabularju elementari u espressjonijiet komuni.
- Jagħrfu referenzi kulturali bażiċi relatati mas-soċjetà Maltija.
- Jaqraw u jifhmu testi sempliċi bħal struzzjonijiet, direzzjonijiet u sinjali.
- Jifhmu l-qofol ta’ Malti mitkellem b’mod ċar u bil-mod (eż. f’aħbarijiet jew djalogi qosra)
Ħiliet (x’għandhom ikunu kapaċi jagħmlu l-istudenti)
L-istudenti jkunu jistgħu:
- Jaqraw testi u sentenzi qosra u sempliċi bil-Malti.
- Isegwu u jipparteċipaw f’konversazzjonijiet bażiċi fuq suġġetti familjari.
- Jiktbu informazzjoni personali qasira (eż. formoli, kartolini).
- Jibnu sentenzi sempliċi grammatikalment korretti.
- Jinterpretaw u jirrispondu għal sinjali, avviżi u ordnijiet mitkellma.
- Jikkumunikaw b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet prevedibbli billi jużaw strutturi mgħallma.
Kompetenzi (applikazzjoni u awtonomija/responsabbiltà)
L-istudenti jkunu jistgħu:
- Jikkumunikaw b’mod sempliċi u dirett fuq affarijiet familjari u ta’ rutina.
- Jużaw il-lingwa b’mod indipendenti biex iwettqu kompiti bażiċi f’kuntesti soċjali, pubbliċi jew tax-xogħol.
- Jisimgħu, jitkellmu, jaqraw u jiktbu f’livell elementari b’kunfidenza dejjem tikber.
- Jiggvernaw it-tagħlim tagħhom stess u jimxu ’l quddiem fl-iżvilupp tal-lingwa.
Eliġibilita’
- Dawk interessati li japplikaw irid ikollhom dokument ta’ identifikazzjoni Malti validu (eż. Passaport) biex ikunu jistgħu jaċċessaw il-kors.
- Fejn applikabbli, dokumenti għandhom jiġu sottomessi lill-[email protected] għal skopijiet ta’ verifika ladarba tiġi sottomessa l-applikazzjoni.
Ħlas
- Ladarba tasal l-applikazzjoni, ħolqa għall-ħlas tintbagħat permezz tal-email u l-ħlas għandu jsir fi żmien 24 siegħa minn meta tasal.
- Il-ħlas għall-korsijiet tal-Malti bħala lingwa barranija (MQF Level 1) huwa ta’ €34.94.
- L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar l-erbgħa 28 ta’ Mejju 2025.