Messaġġ mill-Prim Ministru, Dr Robert Abela lill-kummunitajiet Maltin li jgħixu lil hinn minn xtutna – Diċembru 2025

Għeżież ċittadini Maltin, kemm dawk fl-Ewropa kif ukoll f’kontinenti iżjed imbegħda, Hekk kif ninġabru biex niċċelebraw il-ferħ ta’ dawn iż-żminijiet tal-Milied, nixtieq nestendi l-awguri mill-qalb lilkom, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunitajiet Maltin li tgħixu barra minn xtutna. Dan iż-żmien tas-sena jirrappreżenta l-għaqda u dak li jsawwar l-identità tagħna. Minkejja d-distanzi fiżiċi ta’ bejnietna, […]

Continue reading

Aktar minn 850 ktieb Malti f’inizjattiva ġdida ta’ libreriji għall-Maltin li jgħixu barra

Aktar minn 850 ktieb bil-Malti jinsabu fi triqthom lejn l-Awstralja, il-Kanada, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Italja u l-Belġju bħala parti minn inizjattiva ġdida li se toħloq libreriji għall-Maltin li jgħixu madwar id-dinja. Id-Direttorat għas-Servizzi Konsolari u Maltin Jgħixu Barra, fi ħdan l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru tal-Ilsien Malti […]

Continue reading

Messaġġ mill-Prim Ministru Robert Abela lill-komunitajiet Maltin barra minn Malta – Diċembru 2024

Għeżież ċittadini Maltin, fil-qrib u f’artijiet iżjed imbegħda, Hekk kif ninġabru biex niċċelebraw il-ferħ tal-Milied, nixtieq nestendi l-awguri mill-qalb lilkom, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunitajiet Maltin li tgħixu barra minn Malta. Dan iż-żmien tas-sena jirrappreżenta l-għaqda u l-patrimonju tagħna. Minkejja d-distanzi fiżiċi ta’ bejnietna, l-ispirtu tal-Milied iressaqna aktar viċin, u jfakkarna fir-rabtiet profondi […]

Continue reading

Messaġġ irrekordjat ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Onor. Ian Borg għall-Maltin li jgħixu barra

Din l-aħħar sena kienet waħda ttimbrata minn numru ta’ sfidi globali kbar  u kumplessi. B’hekk irridu nirrikonoxxu li fi żminijiet bħal dawn, huwa importanti li l-komunità globali tingħaqad wara messaġġ ewlieni ta’ favur il-paċi, s-sigurtà u s-solidarjetà internazzjonali. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kunflitt li għaddej bejn l-Iżrael u l-grupp tal-Ħamas biddlu x-xenarju […]

Continue reading

Messaġġ ta’ xewqat għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida mill-Prim Ministru Robert Abela għall-Maltin li jgħixu barra – Diċembru 2023

Hekk kif qed ningħaqdu flimken għal dan iż-żmien sabiħ tas-sena, Lydia, Giorgia-Mae u jien nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Maltin li jinsabu barra minn xtutna. F’din l-okkażjoni, ningħaqdu flimkien fl-ispirtu tal-Milied, u minkejja l-fruntieri li hemm bejnietna ningħaqdu xorta waħda bħala poplu wieħed. Pajjiż li jestendi ferm lil hinn minn xtutu, fl-identità ta’ dawk kollha li […]

Continue reading