Id-Direttorat għal Lifelong Learning, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, għandhom pjaċir li jistiednu persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta biex jipparteċipaw f’korsijiet fi:
- Malti bħala lingwa barranija livell 1 tal-MQF – adattat għal min jibda, u
- Il-Malti bħala lingwa barranija livell 2 tal-MQF – adattat għal min jixtieq itejjeb
Dawk li diġa ’huma midħla tal-lingwa huma mħeġġa wkoll japplikaw biex isaħħu l-fehma tagħhom u jippermettulhom jinvolvu ruħhom aħjar magħha.
Persuni interessati għandhom japplikaw f’dan il-link sad-19 ta’ April 2026, 16:30 CEST. Il-Ministeru mbagħad sussegwentement jikkuntattja lill-applikant dwar il-passi li jmiss tal-applikazzjoni.
Dawk li japplikaw iridu jagħżlu wieħed minn dawn il-korsijiet:
- Il-Malti bħala lingwa barranija (intensiva) MQF1 [5] (It-Tlieta u l-Ġimgħa 08:00 – 11:00)
- Il-Malti bħala lingwa barranija (intensiva) MQF1 [6] (It-Tlieta u l-Ġimgħa 16:30 – 19:30)
- Il-Malti bħala lingwa barranija (intensiva) MQF2 [6] (It-Tlieta u l-Ġimgħa 12:30 – 15:30)
- Il-Malti bħala lingwa barranija (intensiva) MQF2 [7] (It-Tlieta u l-Ġimgħa 16:30 – 19:30)
Il-korsijiet jibdew fit-2 ta’ Ġunju 2026 u jibqgħu għaddejjin sa nofs Settembru (total ta’ 28 lezzjoni). Kull kors jiswa €34.94. Ladarba jiġu aċċettati fil-kors, l-applikanti jirċievu link ta’ ħlas biex iħallsu l-ħlas. Il-ħlas irid jitħallas fi żmien 24 siegħa minn meta tasal il-link tal-ħlas.