Consul-on-the-Move

Il-Programm tal-Consul-on-the-Move tnieda fil-5 ta’ Mejju 2016, bi qbil mal-Uffiċċju tal-Passaporti fi ħdan l-Aġenzija Identità, u huwa konformi mal-viżjoni tal-Gvern sabiex is-servizzi tiegħu ikunu eqreb lejn iċ-ċittadini. Il-Programm jipprovdi numru ta’ servizzi Konsulari (li huma normalment disponibbli fl-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin) f’lokalitajiet differenti.

Il-bżonn ta’ dan il-Programm inħass wara l-introduzzjoni tal-passaport bijometriku, li wassal sabiex l-applikanti Maltin li jgħixu barra jkollhom imorru fiżikament fl-eqreb Ambaxxata jew Konsulat sabiex titteħdilhom l-informazzjoni bijometrika. Dan ħoloq inkonvenjenza, speċjalment għal raġuni ta’ żieda fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni.

Preżentement il-Programm qed jitħaddem fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, ir-Renju Unit, u New Zealand. Sadanittant is-servizzi Konsulari kollha mogħtija mill-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin se jibqgħu jingħataw bħas-soltu.

Għal ċerti servizzi provduti, l-applikant irid iħallas tariffa amministrattiva addizzjonali.

Skont l-Avviż Legali 221 tal-2016, it-tariffa amministrattiva għal applikazzjonijiet għal passaporti hija ta’ €100 għal kull applikazzjoni, filwaqt li dik għal applikazzjonijiet għal ċittadinanza hija ta’ €50 għal kull applikazzjoni, minbarra l-ispejjeż relatati mas-servizz innifsu.

Li ġejja hija l-lista aġġornata proviżorja ta’ żjarat ippjanati għas-sena 2025:

L-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’Washington – Stati Uniti tal-Amerika
Belt/Stat/ProvinċjaDatiPost
San Francisco2-5 ta’ Marzu 2025L-Uffiċċju tal-Konslu Onorarju Louis Vella
Kummissjoni Għolja għar-Repubblika ta’ Malta f’Canberra – Awstralja
Belt/Stat/ProvinċjaDatiPost
Brisbane QLD14 – 16 Mejju 2025Brisbane City Hall
Adelaide SA19 Mejju 2025Maltese Guild of SA, Beverley
Perth WA21 – 22 Mejju 2025Maltese Association of WA, Bassenden
Auckland NZ25 Ġunju 2025Europe House, Auckland University of Technology
Wellington NZ26 – 27 Ġunju 2025Victoria University Murphy Building Kilburn

Iċ-ċittadin jista’ jibbenifika minn dan is-servizz permezz ta’ appuntament ikkonfermat biss. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja l-post rispettiv kif ġej:

Post Posta elettronikaTelefon
L-Awstralja / New Zealand[email protected]+61 (02) 6290 1724
Il-Kanada[email protected]+1 (416) 207 0922 /0989
L-Istati Uniti tal-Amerika[email protected]+1 (202) 530 9750 /9751 /9752
Ir-Renju Unit[email protected]+44 (0) 207 292 4800

Huwa rakkomandat li eqreb lejn id-data taż-żjara, wieħed jikkonsulta mal-Ambaxxata jew Konsulat relevanti li qed t/jikkordina ż-żjarat sabiex jassigura li ma kienx hemm tibdil fid-dati u l-post.