Kburi bil-lingwa tagħna: Nitgħallmu l-Malti

Nitgħallmu l-Malti għal studenti migranti

Id-Dipartiment għall-Malti żviluppa riżorsa ġdida li ġiet miżjuda mal-ħafna riżorsi oħra fuq www.malti.skola.edu.mt

Dan jikkumplimenta r-riżorsi tal-Malti għal studenti migranti. Din ir-riżorsa tista’ tintuża minn studenti bi ftit gwida mill-għalliem u tista’ tipprovdihom b’opportunitajiet għal aktar prattika meta jkunu d-dar. L-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw vokabularju u frażijiet komuni meħtieġa għall-komunikazzjoni bażika bħal vokabularju relatat ma’ l-ikel, ħwejjeġ, l-ambjent fejn jgħixu u l-iskola. Din ir-riżorsa hija mibnija fuq ħames livelli gradati. Fl-ewwel livell, l-istudent jara l-istampa u jisma’ nomi relatati mat-tema. Fit-tieni livell isegwu sensiela ta’ stampi u jisimgħu nomi u l-artiklu tagħhom. Fit-tielet livell jisimgħu frażi magħmula minn nom, artikolu u aġġettiv li jiddeskrivi l-istampa. Fir-raba’ livell jiżdied pronom dimostrattiv mal-frażi filwaqt li l-aħħar livell huwa maħsub għar-reviżjoni. Kull tema hija ppreżentata fil-verżjoni singular u plural ħlief għat-tema Il-Post Fejn Ngħix. Għal din it-tema l-istudenti jeħtieġu ftit iktar kontribut mill-għalliem fit-tielet livell peress li l-viżwali jistgħu jippreżentaw interpretazzjonijiet differenti għall-aġġettiv.

Din ir-riżorsa tista’ tiġi aċċessata mill-link: https://malti.skola.edu.mt/malti-barranin/il-malti-ghall-barranin-primarja/smigh-mlb-primarja/

Online Language courses by the University of Malta​

Language classes in the Maltese Community Council of Victoria, Australia